Il-Kumitat javża li mill-ewwel informazzjoni li għandu, il-biljetti għal-logħba taċ-Champions League kontra Real Madrid se jkunu limitati ħafna.
Infatti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ biljetti mingħand l-aġenti, kif wieħed jista’ jimmaġina, il-prezz se jkun għoli ħafna u għalhekk, fid-dawl ta dan, il-Kumitat laħaq ftehim mal-kumpanija FCM Travel.
Din il-kumpanija qed torganizza chartered flight għal-logħba f’Turin għall-prezz ta’ €295 kull persuna. Min jixtieq li minbarra l-flights iżid ukoll il-biljett, il-prezz jibda minn €685.
Il-Kumitat javża li t-titjiriet, biljetti kif ukoll pakketti li jinkludu ż-żewġ għażliet qed jiġu organizzati minn FCM Travel u mhux min-naħa tal-klabb.
Min hu interessat f’waħda mill-għażliet jista’ jagħmel kuntatt magħna fuq 9982 5691.