Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li għandu ammont limitat ta’ biljetti għal-logħba bejn Juventus u Ajax, fl-Allianz Stadium.

Dawn il-biljetti huma disponibbli biss għal membri attivi tal-klabb li għandhom ukoll is-sħubija DOC. M’hemmx bżonn li wieħed ikollu t-Tessera del Tifoso.

Dawk interessati huma mitluba jibagħtu email lil tickets@juventusmalta.com sa għada, il-Ħadd 17 ta’ Marzu.