Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jħabbar li għall-finali tal-Coppa Italia se tintuża s-sistema tal-bistro tables fiż-żona tal-JCMCB Bar & Grill.

Fit-tieni sala, fejn dawk li jattendu jistgħu jpoġġu bilqiegħda, ma jinbidel xejn u l-mod kif titqassam is-sala jibqa’ l-istess għal kif kien matul l-aħħar xhur.

Għall-finali kontra Lazio mhux se jittieħdu bookings tal-bistro tables iżda se tintuża s-sistema ta’ first come first served.

Għaż-żewġ logħbiet li jsegwu, jiġifieri kontra Crotone u Bologna mis-Serie A, il-JCMCB Bar & Grill jirritorna bis-sistema tal-imwejjed, fejn dawk li jattendu jistgħu jpoġġu bilqiegħda madwar l-imwejjed.

L-istess fil-każ tal-aħħar żewġ logħbiet tal-kampjonat, mhux se jittieħdu bookings iżda min jasal l-ewwel jista’ jagħżel li jpoġġi madwar mejda minn dawk li jkunu disponibbli.