Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li nħariġlu l-permess mill-Kunsill Lokali tal-Marsa biex ikun jista’ jiċċelebra kif jixraq il-finali taċ-Champions League.
Fid-dawl tal-attendenzi kbar tal-aħħar logħbiet, li wasslu biex saħansitra l-kwartieri ġodda tal-klabb kienu ffullati minkejja l-kobor tagħhom, il-Kumitat għażel li ssir attività fil-miftuħ.
Għalhekk, filwaqt li min jixtieq jista’ xorta waħda jagħmel użu mill-kwartieri tal-klabb u jsegwi l-logħba fuq ġewwa, parti mit-triq ta’ quddiem il-klabb se tingħalaq biex jintrama big screen.
Mhux biss, iżda l-klabb qed jaħseb ukoll fi spettaklu, biex is-serata verament tkun waħda kompluta u indimentikabbli.
Iżjed dettalji fil-jiem li ġejjin.





