Dical House tal-Mosta, rinomati għall-prodotti tal-ogħla kwalità li joffru lill-klijenti tagħhom, se jkunu preżenti waqt l-Open Day li se ssir fil-klabb nhar is-Sibt li ġej, bejn l-10:00 u s-18:00.
Dawk li jattendu, b’hekk, mhux biss se jkunu jistgħu jduqu wħud mill-prodotti li joffru Dical House, imma wkoll jitolbu informazzjoni dwar għażla vasta ta’ prodotti magħżula għall-kwalità tagħhom u li jimpurtaw lejn pajjiżna.
Dical House b’hekk jingħaqdu mal-Scuderia Ferrari Club Birzebbugia – Malta, rikonoxxuti uffiċjalment minn Maranello, li wkoll se jkunu preżenti għall-Open Day.