Id-diriġent ta’ Juventus Federico Cherubini u dak ta’ Palermo Rino Foschi kważi ġew fl-idejn waqt li kienu f’lift tal-lukanda Melià fl-aħħar jum tas-suq tat-trasferimenti.
Iż-żewġ partijiet kienu qed jittrattaw it-trasferiment ta’ Luca Clemenza għal jiem sħaħ, u jidher li Juventus wiegħdu dan it-trasferiment, iżda jidher li fl-aħħar sigħat Padova u Pescara daħlu għall-plejer.
Waqt li kienu fil-lift, fil-lukanda spikkat l-għajta “L-affarijiet ma jsirux hekk!” min-naħa ta’ Foschi. Il-plejer finalment għadda għand Padova flimkien ma’ Alessandro Vogliacco, it-tnejn b’self.
Sors: Sportitalia
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com