Fil-JCMCB Live Chat Show tal-Ħamis li ġej, il-ġurnalist sportiv u preżentatur ta’ esperjenza Peter Paul Gauci se jkun il-msitieden speċjali tal-eks President tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero Jean Borg.

Id-diskussjoni se tiffoka fuq l-esperjenzi li Peter Paul Gauci kellu bħala ġurnalist b’rabta ma’ Juventus, b’filmat esklussivi mill-isbaħ u interessanti li jmorru lura għas-sena 2000. Id-diskussjoni tevolvi wkoll dwar is-sitwazzjoni attwali qed taffettwa d-dinja tal-isport, il-kampjonati li ġew fi tmiemhom, li komplew u dawk li se jkomplu.

Dan apparti li se nkunu qed insegwu rakkont tal-lejl tat-traġedja ta’ Heysel minn partitarju li dakinhar għex din l-esperjenza kerha. Dan hekk kif il-Ħamis li ġej jaħbat lejliet l-anniversarju ta’ dan il-mument ikrah fl-istorja.

Waqt il-programm, Jean Borg jitkellem ma’ Lawrence Ancilleri li kien preżenti fil-Belġju fl-1985, 35 sena ilu. Ir-ritratt mal-istorja juri l-biljett li kellu dakinhar.

 

Il-JCMCB Live Chat Show tixxandar kull nhar ta’ Ħamis bejn is-19:00 u t-20:00 fuq il-paġna tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero fuq Facebook.