Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jirringrazzja lil Franz Scerri, li għadda b’donazzjoni sett ta’ videos kif ukoll żewġ diski tal-vinil 45 rpm storiċi relatati mal-istorja ta’ Juventus.

Il-videos jinkludu fost oħrajn il-memorja tar-rebħ tal-25 kampjonat tas-Serie A, il-passaġġ għall-finali taċ-Champions League kontra Amsterdam, il-wasla ta’ Zinedine Zidane u r-rebħ tas-Supercoppa fost oħrajn.

Imprezzabbli b’mod speċjali żewġ diski li ngħataw lill-klabb mill-istess Scerri, li fl-aħħar ġimgħat kien għadda wkoll kollezzjoni ta’ magazines relatati ma’ Juventus.

F’dawn iż-żewġ diski, li għadhom f’kundizzjoni tajba u jaħdmu, wieħed isib l-innijiet antiki ta’ Juventus.