Dawk kollha li se jsegwu s-Supercoppa fil-premises tal-Juventus Club Doc Malta Cuore Bianconero, se jkollhom l-opportunit li jirbħu diversi rigali f’lotterija li qed tiġi organizzata għall-okkażjoni.
Min jippareċipa jista’ jirbaħ handbag tal-ġilda minn Firenze, b’valur ta’ €109 mgħoti minn www.28hill.com, kif ukoll sensiela ta’ vouchers grazzi għall-Eden Leisure Group.
Grazzi bil-quddiem lil min se jipparteċipa f’din il-lotterija, li l-fondi minnda se jiġu nvestiti fil-premises il-ġodda li se jiġu inawgurati s-sena dieħla.
Dawk li jattendu jistgħu jixtru l-kalendarju tal-klabb, li jiswa’ biss €10 (imma jingħata b’xejn lill-membri, li jistgħu jakkwistawh illum ukoll). Offruti wkoll vouchers għall-valur li wieħed jixtieq u li jistgħu jintużaw f’kull servizz li joffri l-klabb.






