Il-kollaborazzjoni bejn il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero u Fgura United Youth Nursery wasslet biex il-Ħadd filgħodu nġabru €400 li se jmorru b’risq L-Istrina.

Il-mistieden speċjali tal-klabb, Fabio Nicolè, li hu iben il-leġġenda ta’ Juventus u l-Italja Bruno Nicolè, mexxa sessjoni ta’ taħriġ lil iktar minn 60 tifel u tifla li jiffurmaw parti min-nursery ta’ Fgura.

Dawk li pparteċipaw intalbu donazzjoni ta’ €5 b’risq L-Istrina, bin-nursery żżid is-somma finali għal total ta’ €400.