Simone Barone, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 mal-Italja, se jkun qiegħed jieħu ħsieb lit-tim tal-Allievi ta’ taħt is-16-il sena ta’ Juventus, bil-għan li jkompli jiżviluppa l-karriera ta’ kowċ tiegħu.
Riċentement, huwa kien assistent kowċ mat-tim Indjan ta’ Delhi Dynamos, fejn kien qiegħed jassisti lill-eks Juventus Gianluca Zambrotta.
Bħala plejer, Barone lagħab ma’ diversi timijiet fis-Serie A fosthom Palermo u Torino.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com