It-tim ta’ Juventus Women kompla jissaħħaħ hekk kif issa, il-preparazzjoni għall-istaġun li ġej miexja sew.

Ftit tal-ġranet ilu ġiet preżentata l-aħħar akkwist; Katie Zelem. Il-plejer Ingliża, imwielda ġewwa Oldham fl-20 ta’ Jannar tal-1996, ingħaqdet ma’ Juventus wara l-esperjenza tagħha ma’ Liverpool Ladies.

Barra minn hekk, kellha esperjenza anke fl-akkademja ta’ Manchester United u mat-tim nazzjonali Ingliż lagħbet fil-livelli taż-żgħar, mill-kategorija ta’ taħt il-15-il sena sal-kategorija ta’ taħt it-23-il sena.

Sadanittant, ingħaqdu xi plejers oħrajn sabiex tkompli tikber l-iskwadra u fost dawn insibu lit-Taljani Vanessa Panzeri (2000), difensur li ġiet b’self mingħand Como u ż-żewġ attakkanti mwielda fl-1999, Sofia Cantore u Benedetta Glionna li ġew mingħand Fiammamonza.

It-tliet plejers kienu diġà taħt Rita Guarino meta hi kienet kowċ tal-Italja ta’ taħt is-17-il sena. Magħhom insibu wkoll lill-midfielder versatili Michela Franco, ta’ 25 sena, li s-sena l-oħra kienet qiegħda tilgħab mat-tim ta’ Cuneo u hija waħda ta’ esperjenza kbira fis-Serie A femminili, fejn diġà lagħbet iżjed minn 200 logħba.

Barra minn hekk, it-tim kompla jaħdem anke fuq is-suq internazzjonali u riċentament irnexxielu jġib lil Ingvild Isaksen ta’ 28 sena. Isaksen hija midfielder Norveġiża li kienet qiegħda tilgħab ma’ Stabaek u sa issa diġà lagħbet iżjed minn 60 logħba mat-tim nazzjonali.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280