Il-kumitat iħabbar li skont l-istatut, nhar il-15 ta’ Lulju se ssir l-elezzjoni għall-membri tal-kumitat 
li għaliha jistgħu jivvutaw u huma eliġibbli li joffru l-kandidatura tagħhom dawk kollha li kienet membri matul l-istaġun 2016/17.L-elezzjoni se tkun qed teleġġi kumitat li jrid iservi għal perjodu tas-sentejn li ġejjin, jiġifieri bejn l-2017 u l-2019.

Dawk interessati li jsiru membri tal-Kumitat għandhom bżonn rakkomandazzjoni u jiġi ssekondat minn żewġ membri oħra u differenti minn xulxin li kienu attivi fl-istaġun li għadu kif intemm.

L-applikazzjoni, flimkien maż-żewġ rakkomandazzjonijiet, għandha tintbagħat bil-posta sa mhux aktar tard mit-8 ta’ Lulju fl-indirizz: Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero, Level 3, Dalmat Buildings, Triq Troubridge, Marsa.

Jean Borg – Segretarju Ġenerali

Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero,
Il-Marsa.