Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero rċieva stedina mingħand Juventus biex jibgħat ritratt lis-soċjetà tal-membri tiegħu lebsin xi ħaġa ta’ Juventus.

Dan hekk kif Juventus qed jippreparaw biex jiċċelebraw għeluq snin is-soċjetà, nhar l-1 ta’ Novembru. Dan mistenni jsir ukoll b’filmat li juri lill-partitarji madwar id-dinja.

Għal dan l-għan, il-klabb qed jistieden lil dawk kollha li jattendu biex jilbsu xi ħaġa ta’ Juventus jekk jixtiequ jidhru f’dan ir-ritratt li se jintbagħat lil Juventus. Ir-ritratt se jittieħed waqt il-logħba ta’ għada, bejn Empoli u Juventus, fis-swali tal-klabb. Il-logħba tibda fis-18:00.