Erba’ membri tal-klabb li fdaw fil-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero għall-biljetti mil-logħba taċ-Champions League kontra Porto dehru fuq big screen tal-Juventus Stadium.

Dennis Cutajar, Benjamin Ciantar, Robert Plumpton u Charles Duca dehru quddiem il-grawnd kollu jippreparaw għal-logħba, ilkoll bix-xalel ċelebrattivi tal-logħba tal-lum.

Huma biss erba’ minn iktar minn mitt persuna li talbu lill-klabb għall-biljetti tal-logħba. Ilkoll inqdew mingħajr problemi u setgħu jsegwu din il-logħba importanti.

Huma jsegwu iktar minn 50 membru tal-klabb li kienu parti minn tour li ġie organizzat għal-logħba kontra Milan. Oħrajn daħlu mingħajr problemi fil-grawnd wara li nqdew bil-biljetti mill-klabb.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280