Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li waqt l-Open Day ta’ għada, żewġ kollezzjonisti ewlenin se jkunu qed jesebixxu numru ta’ oġġetti bit-tema: “Juventus f’Malta.”

Kenneth John Formosa u Noel Borg se jingħaqdu flimkien biex il-Juventini Maltin ikunu jistgħu jaraw flokkijiet u oġġetti oħra relatati maż-żjarat ta’ Juventus f’pajjiżna.

Ta’ min ifakkar li Noel Borg hu meqjus bħala wieħed mill-kollezzjonisti ewlenin fix-xena ta’ Juventus, tant li l-flokkijiet tiegħu huma esebiti wkoll fil-J Museum. Kemm hu kif ukoll Kenenth huma sostenituri kbar tal-klabb u ta’ dan, il-Kumitat hu grat.

Dawk li jattendu se jkunu jistgħu jixtru wkoll oġġetti relatati ma’ Juventus, li l-flus minnhom imorru b’risq Puttinu Cares. Ikunu apprezzati wkoll donazzjonijiet għall-istess għaqda.

L-Open Day issir bejn l-10:00 u l-16:00.