Fost iż-żjarat ta’ Fabio Nicolè f’Malta, kien hemm ukoll dik lill-mużew Juventin ta’ Noel Borg, Storia di un Grande Amore, li jinsab f’Tas-Sliema.
Hemm Fabio qatta’ ħin twil jammira flokkijiet differenti milbusa, u wħud minnhom iffirmati, minn plejers u eks plejers ta’ Juventus fosthom minn diversi leġġendi.
Iben il-leġġenda Bruno Nicolè seta’ jammira wkoll kotba u magazines li fihom issemma missieru, kif ukoll ritratti antiki u wkoll flokk milbus u ffirmat proprju minn missieru. Dan tal-aħħar jifforma parti mill-kollezzjoni ta’ Kenneth John Formosa.
Fabio Nicolè deher interessat u impressjonat ferm f’dan il-mużew, tant li wiegħed li malli jirritorna f’Malta se jżuru mill-ġdid u jqatta’ ferm iktar ħin.