Juventus għandhom rekord fiċ-Champions League, imma hu wieħed mhux tas-soltu u kurjuż.

Dan hekk kif fl-istorja taċ-Champions League insibu ħames gowls imniżżla fuq isem goalkeepers, li erbgħa minnhom saru minn penalties.

Iżda fiex jidħlu Juventus? Tlieta mill-ħames gowls skurjati minn goalkeepers ġew skurjati kontra Juventus mill-istess goalkeeper: Hans-Jörg Butt.

Matul il-karriera, Butt skurja tletin gowl minn penalty, inkluż fl-2000 għal Hamburg kontra Juventus (4-4), fl-2002 għal Bayer Leverkusen (3-1) u għal Bayern München fl-2009 (1-4).

Sors: UEFA

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280