Fil-jiem li ġejjin il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero se jniedi ħanut tiegħu onlajn.
Inkorporat fuq is-sit juventusmalta.com, il-ħanut se jkun one-stop shop fejn wieħed jista’ jakkwista diversi oġġetti kif ukoll prodotti innovattivi li joħroġ il-klabb.
Fost dawn, il-JCMCB Store se jinkludi wkoll il-flokkijiet kommemorattivi u oħrajn taċ-ċelebrazzjoni ladarba eventwalment Juventus jikkonkwistaw il-kampjonat.





