B’impenn mill-Kumitat biex is-sede l-ġdida tkun aċċessibbli għal kulħadd, bi pjaċir inħabbru li ġew installati wkoll faċilitajiet biex ġenituri li jkollhom magħhom trabi jew tfal żgħar ikunu jistgħu jbiddlulhom.
Bl-iskop li anke l-missirijiet iħossuhom komdi li jieħdu ħsieb uliedhom, il-faċilitajiet tpoġġew f’kamra tal-banju newtrali, biex b’hekk tkun aċċessibbli għal kulħadd.
Dawn il-faċilitajiet saru grazzi għal Stem Cells Malta Ltd. sponsors ewlenin tal-klabb li bil-provi jkomplu juru kemm uliedna huma għal qalbhom.
Din il-kumpanija toffri servizz ta’ stem cell banking li jgħin f’każijiet bħal dijabete, kundizzjonijiet tal-qalb u f’każ ta’ mard li għandu x’jaqsam mad-demm, bħal-leukemia.
Il-kwartieri ġodda jinfetħu nhar l-Erbgħa, fi Triq Troubridge, il-Marsa.






