Staġun 1982-83. Illum immorru lura għal-logħba tas-sittax ta’ Marzu 1983.
It-tim Juventin ta’ dak l-istaġun kien wieħed mill-favoriti għar-rebħ tal-unuri, mhux biss fl-Italja imma wkoll fl-Ewropa. Niftakru li l-iskwadra Juventina kienet magħmula minn numru kbir ta’ plejers li kienu għadhom kemm rebħu t-Tazza tad-Dinja li kienet organizzata fi Spanja, fis-sajf tal-1982.
Flimkien ma’ dawn kienu ngħaqdu wkoll Michel Platini u Zbigniew ‘Zibi’ Boniek, żewġ barranin li kienu spikkaw ferm f’dik il-kompetizzjoni mondjali.
Fil-filmat, Juventus jilqgħu lil Aston Villa fl-Istadio Comunale ta’ Turin għar-ritorn tal-kwarti tal-finali. Juventus kienu għamlu rebħa storika fil-logħba ġewwa Birmingham fejn kienu rebħu bl-iskor ta’ 2-1 (gowls ta’ Paolo Rossi u Boniek). Din kienet l-ewwel rebħa fil-kompetizzjonijiet Ewropej għal tim Taljan fl-Ingilterra.
F’Turin, Juventus jerġgħu jkollhom prestazzjoni oħra memorabbli. Ta’ min isemmi li Aston Villa kienu rebħu t-Tazza taċ-Champions fl-istaġun ta’ qabel.
Ħalli Kumment