Staġun 2011-12. Il-Juventus ġejjin minn uħud mill-agħar staġuni fl-istorja tagħha.

Il-wasla ta’ Antonio Conte fuq il-bank Juventin, flimkien ma’ plejers bħal Pirlo, Lichtsteiner, Vidal u Vucinic jittrasformaw lit-tim f’wieħed kompetittiv.

Juventus f’dak l-istaġun ma kinux qed jieħdu sehem fil-kompetizjonijiet Ewropej, u fil-kampjonat il-bianconeri kienu qed jiġru wara Milan, li kienu fil-quċċata tal-klassifika u li rebħu l-kampjonat ta’ qabel.

Kemm-il darba fi tmiem il-ġimgħa, matul ix-xahar ta’ Marzu, Juventus ikun imisshom jilagħbu wara Milan u b’hekk dejjem inħoloq divarju ta’ punti bejn dawn iż-żewġ tims, bil-pressjoni dejjem fuq Juventus biex terġa’ taqta’ l-iżvantaġġ ta’ punti mill-Milanisti.

Fis-sbatax ta’ Marzu Juventus affrontaw lil Fiorentina fil-Franchi, u kienu jafu li ma jistgħux iwaqqgħu punti anki jekk l-avversarju huwa wieħed diffiċli.