Staġun 1994-95. Taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid Marcello Lippi, Juventus qegħdin jgħaddu minn wieħed mill-aħjar staġuni tal-aħħar deċennju.

Juventus huma mhux biss kompetittivi fil-kampjonat, fejn tkompli l-ġlieda ma’ Parma, iżda anke fil-Coppa Italia kif ukoll fit-Tazza Uefa.

Illum insegwu filmat meħud mir-ritorn tas-semifinali tat-Tazza Uefa (logħba li ntlagħbet bħal-lum wieħed u għoxrin sena) fejn Juventus qegħdin jaffrontaw lil Borussia Dortmund, tim li Juventus kienu għelbu fil-finali tal-istess kompetizzjoni, sentejn qabel.

Niftakru li fl-ewwel rawnd tas-semifinali, il-logħba (li kienet intlagħbet f’San Siro), kienet intemmet bi skor ta’ 2-2.