Staġun 1960-61. Juventus f’dak l-istaġun kienu mmexxija mill-kowċ Carlo Parola.

Forsi mhux kulħadd jaf li Carlo Parola mhux biss kien plejer ta’ Juventus imma kien ukoll il-plejer li fl-Italja għamel popolari l-mossa tar-rovesciata.

Parola kien ferm magħruf għal din il-mossa li kien kapaċi jagħmel, tant li l-kumpanija Panini ta’ Modena kienet (u għadha) tuża karikatura ta’ Parola jagħmel rovesciata għall-pakketti tal-istickers tagħha tas-Serie A.

Dak l-istaġun Juventus kellhom staġun fejn għaddew minn fażijiet ħżiena, biss it-tim irkupra ferm fit-tieni fażi tal-kampjonat u rnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Inter u jirbaħ il-kampjonat.

Illum insegwu logħba mit-tieni rawnd tal-kampjonat ta’ dik is-sena. Logħba kontra Roma.