Staġun 2001-02. Għad fadal biss żewġ logħbiet għat-tmien tal-kampjonat.

Fir-rawnd ta’ qabel (dak li ntlagħab fil-21 ta’ April), Juventus kien irnexxielhom inaqqsu d-distakk mill-quċċata tal-klassifika għal punt wieħed biss. Dan grazzi għar-rebħa ta’ 1-0 ġewwa Piacenza (b’gowl mill-isbaħ ta’ Nedved) waqt li r-rivali Inter kienu nżammu f’riżultat ta’ draw minn Chievo Verona.

F’din il-ġurnata tal-kampjonat, it-tliet sfidanti għat-titlu kollha kellhom logħbiet ġewwa darhom. L-Inter riedu jaffrontaw lil Piacenza (logħba li Inter rebħu 3-1), Roma lagħbu kontra Chievo Verona (rebħa komda ta’ 5-0 għall-giallorossi) waqt li Juventus laqgħu fid-Delle Alpi lil Brescia ta’ Roberto Baggio.

Insegwu l-andament tal-logħba fil-filmat ta’ din il-logħba li seħħet bħal-lum erbatax-il sena ilu.