Staġun 1989-90. Dan kellu jkun l-aħħar staġun ta’ Dino Zoff fit-tmexxija tat-tim Juventin.
It-tmiem tal-era Zoff madankollu ma kinitx l-unika bidla ppjanata għall-istaġun ta’ wara. Kien diġà magħruf li Gigi Maifredi kien ser ikun il-kowċ ġdid ta’ Juventus. Apparti minn hekk l-amministrazzjoni tal-klabb kellha taqa’ taħt it-tmexxija ta’ Luca Cordero di Montezemolo. Kien hemm ukoll pjanijiet biex jiġu akkwistati numru ta’ plejers ġodda fosthom l-istilla Roberto Baggio.
Sfortunatament dawn it-tibdiliet ma wasslux għar-riżultati mixtieqa, anzi Juventus fl-istaġun 1990-91 kellhom wieħed mill-agħar staġuni fl-istorja tagħhom.
Illum insewgu filmat ta’ logħba kontra Cremonese li ntlagħbet bħal-lum sitta u għoxrin sena. Logħba li bħalma għidna kienet waħda mill-aħħar logħbiet ta’ Zoff fit-tmexxija tat-tim.
Ta’ minn isemmi li Juventus kienu għalqu dak l-istagun bir-rebħ tat-Tazza Uefa (fil-finali kontra Fiorentina) kif ukoll tal-Coppa Italia (kontra Milan).
Ftit hemm dubji li l-għażla li jitneħħa Zoff u minfloku jitpoġġa Maifredi ma tantx kienet waħda li ħalliet riżultati pożittivi.
Ħalli Kumment