It-tim tan-nisa ta’ Juventus beda l-ewwel kampjonat tiegħu fl-istorja fuq nota pożittiva hekk kif ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0 kontra Atalanta Mozzanica matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
L-ewwel skorer għat-tim Juventin kienet Barbara Bonansea, bl-internazzjonali tal-Italja tirdoppja wkoll tliet minuti mit-tmiem sabiex tiċċertifika partita straordinarja min-naħa tagħha.
Bejn iż-żewġ gowls tagħha, wasal anki gowl mingħand Benedetta Glionna sabiex Juventus ħadu l-ewwel tliet punti tal-istaġun.
Is-Sibt li ġej ġewwa Vinovo, Juventus jiltaqgħu ma’ Res Roma.
Formazzjoni: Laura Giuliani, Tuija Hyyrynen (88 Martina Lenzini), Sara Gama (Captain), Cecilia Salvair, Lisa Boattin, Martina Rosucci (70 Katie Zelem), Arianna Caruso, Benedetta Glionna, Sanni Franssi (74 Sofia Cantore), Barbara Bonansea.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com