It-tim ta’ Rita Guarino kiteb kapitlu ġdid fl-istorja ta’ Juventus, hekk kif il-Ħadd li għadda huma lagħbu l-ewwel partita tagħhom.
Id-debutt ma setax ikun wieħed aħjar hekk kif fl-ewwel rawnd tal-Coppa Italia, huma affrontaw lir-rivali ta’ Torino, li qegħdin Serie B, u għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 13-0.
Naturalment, wieħed meta jara dar-riżultat irid jikkunsidra l-fatt li t-tim ta’ Juventus magħmul mill-aqwa plejers li hawn fl-Ewropa u dak ta’ Torino li huwa tim kompost minn plejers dilettanti li ma jittrenjawx kuljum u jilagħbu din il-logħba b’sagrifiċċju.
Madankollu, xorta waħda jibqa’ riżultat uffiċjali u li jagħti kunfidenza kbira lill-kamp Juventin.
Huma jerġgħu jiltaqgħu għat-tieni leg, li huwa prattikament formalità fl-10 ta’ Settembru.
Guarino nediet formazzjoni ta’ 4-3-3 għal din il-partita, bid-difiża għolja, ħafna pussess tal-ballun u mentalità offensiva.
L-ewwel gowl wasal minn Martina Rosucci, ħabiba kbira ta’ Claudio Marchisio, li sintendi saret l-ewwel plejer li qatt skurjat għal dan it-tim u tabilħaqq ħaqqha, għaliex hija sapporter kbira tal-Bianconeri.
Segwiet hattrick ta’ Simona Sodini, żewġ gowls kull wieħed ta’ Barbara Bonansea, Aurora Galli, Benedetta Glionna u Arianna Caruso u għalqet id-diskors Flavia Devoto.
Ta’ min isemmi, li l-captain kienet l-eks PSG u Brescia Sara Gama, biex b’hekk hija saret l-ewwel captain fl-istorja ta’ Juventus Women.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com