Staġun 1981-82. Din kellha tkun l-aħħar logħba ta’ Liam Brady fil-Comunale ta’ Turin. Fl-istaġun ta’ wara, in-numru ta’ barranin li kull tim seta’ jkollu tela’ għal tnejn u Juventus kienu diġà ddeċidew li l-barranin il-ġodda tat-tim (mill-istaġun 1982-83) kellhom ikunu Platini u Boniek.
Din il-logħba kienet ukoll l-aħħar logħba f’dar Juventus għall-istaġun. Juventus kien għadhom fit-tiġrija għar-rebħ tal-kampjonat, bl-iktar sfidanti jkunu Fiorentina.
Sfortunatament, f’din il-logħba l-Bianconeri ma rnexxilhomx jinfdu d-difiża ta’ Napoli, u b’hekk il-kampjonat kellu jkun deċiż fl-aħħar ġurnata ta’ logħob fejn Juventus kien imisshom jilagħbu f’Catanzaro, waqt li Fiorentina kellhom jilagħbu barra minn darhom f’Cagliari.
Ħalli Kumment