Staġun 2001-02. Għad fadal biss tliet logħbiet għat-tmiem tal-kampjonat u l-pożizzjonijiet fil-quċċata tal-klassifika kienu juru lill-Inter fl-ewwel post b’65 punt, Roma t-tieni bi 63 punt u Juventus fit-tielet pożizzjoni bi 62 punt.
F’din il-ġurnata tal-kampjonat, it-tliet timijiet għandhom logħbiet barra minn darhom.
Lejn l-aħħar minuti tal-logħba l-affarijiet ma kienu jidhru xejn sbieħ għal Juventus għax filwaqt li Inter kienu qegħdin jirbħu għand Chievo Verona, Juventus kienu qegħdin ibatu ferm biex jinfdu d-difiża kompatta ta’ Piacenza.
Roma wkoll kienu fuq riżultat ta’ draw kontra Milan, b’dawn ir-riżultati parzjali, l-Inter kienu jidhru mexjin lejn ir-rebħ tal-kampjonat għax kieku fetħu vantagg ta’ 5 punti fuq Juventus u erbgħa fuq Roma.
Insegwu dak li ġara fl-aħħar minuti tal-logħba li seħħet erbatax-il sena ilu.
Ħalli Kumment