Staġun 1983-84. It-tim Sqalli ta’ Catania f’dak l-istaġun kien qiegħed jieħu sehem fil-kampjonat tas-Serie A għar-raba’ darba fl-istorja tiegħu.
Ta’ min isemmi li f’dak l-istaġun, fil-logħba tal-ewwel rawnd tal-kampjonat li kienet saret ġewwa Catania, kienu telgħu għadd ġmielu ta’ Juventini Maltin (dak iż-żmien il-mezz tat-trasport l-iktar popolari bejn Malta u Sqallija kien bil-vapuri tat-Tirrenia) biex isegwu l-logħba. Għal numru ta’ Maltin din kienet l-ewwel darba li kellhom il-possibilità li jaraw lil Juventus jilagħbu quddiemhom.
Fil-filmat li se nsegwu llum, immorru għal-logħba tat-tieni rawnd tal-kampjonat, fejn Juventus kienu f’taqtigħa kontinwa ma’ Roma fil-quċċata tal-klassifika.
Il-Bianconeri jkollhom jaffrontaw il-logħba minghajr Platini, Vignola u Bonini.
Ħalli Kumment