Staġun 1989-90. Id-dominanza ta’ Milan fil-futbol Taljan f’dan il-perjodu kienet xi ħaġa ferm ċara. Biżżejjed wieħed jgħid li anke jekk Milan kien ġew it-tieni fil-kampjonat, huma kienu pattew għal dan id-diżappunt billi rebħu t-Tazza taċ-Champions.
Min-naħa l-oħra n-nuqqas ta’ rebħ tal-kampjonat għal numru ta’ snin għal Juventus kien qed iwassal għal pressjoni kbira għalihom.
Dan kellu jkun l-aħħar staġun ta’ Dino Zoff fit-tmexxija tal-Bianconeri billi kien ippjanat li ssir rivoluzzjoni teknika u soċjetarja għall-istaġun 1990-91.
Wara draw ta’ 0-0 ġewwa Turin fl-ewwel rawnd tal-finali tal-Coppa Italia, Juventus imorru f’Milan biex jippruvaw jirbħu dan l-unur.
Ħalli Kumment