Staġun 2006-07. Wara t-terremot ta’ Calciopoli, Juventus affrontaw staġun fis-Serie B.

Il-punti li kellhom jiġu mnaqqsa fil-bidu tal-istaġun tneħħew wara appelli fil-qrati sportivi, biss l-isfida għall-promozzjoni għas-Serie B tibqa’ għaddejja mat-timijiet ta’ Napoli u Genoa.

Illum insegwu l-logħba li seħħet fil-31 ta’ Marzu ta’ disa’ snin ilu. Juventus jaffrontaw lil Pescara fi Stadio Adriatico, bl-intenzjoni li jkomplu l-mixja lejn ir-rebħ tal-kampjonat tas-Serie B u ritorn ta’ malajr fis-Serie A.