Staġun 2001-02. Wasalna għall-aħħar logħba tal-kampjonat. Wara r-rebħa kontra Piacenza, fit-tielet logħba mit-tmiem tal-istaġun (u d-draw ta’ Inter kontra Chievo), dak li deher kampjonat magħluq, jerġa’ jagħti tama lill-Bianconeri.
Ċertament kollox kien jidher ferm kumplikat għax l-Inter kienu se jilagħbu kontra Lazio, tim li ma tantx kellu motivazzjoni. Kien jidher ukoll li l-Inter se jkollhom ukoll l-appoġġ tal-istess sapporters Lazjali għax dawn ċertament ma xtaqux li rebħa tat-tim tagħhom tagħti l-okkażjoni lir-rivali eterni tagħhom ta’ Roma li jirbħu l-kampjonat.
It-trionfaliżmu fil-kamp Interist kien jidher evidenti fil-ġimgħa li waslet għal din l-aħħar ġurnata tal-kampjonat.
Ċertament li fl-aħħar mill-aħħar l-andament ta’ dik il-ġurnata kien ferm differenti minn dak li ħasbu l-Interisti.
Illum insegwu dak li ġara f’din il-ġurnata grazzi għal numru ta’ filmati li ċertament ser ifakkruna f’dawk li huma wħud mill-isbaħ memorji għal kwalunwè partitarju Juventin.
Ħalli Kumment