Staġun 1980-81. Wara nuqqas ta’ numru ta’ snin, il-Federazzjoni Taljana tal-Futbol toħroġ permess biex il-klabbs Taljani jerġgħu jkunu jistgħu jingaġġaw magħhom plejer stranġier wieħed ma’ kull tim.
L-għażla ta’ Juventus taqa’ fuq il-plejer Irlandiż ta’ Arsenal, Liam Brady li tant kien impressjona lil Juventus fis-semifinali tal-kompetizzjoni tat-Tazza għar-Rebbieħa tat-Tazzi tal-istaġun 1979-80. F’dik l-okkażjoni Arsenal kienu eliminaw lil Juventus bi Brady ikun protagonist f’dawk iż-żewġ logħbiet.
Illum insegwu filmat ta’ logħba kontra Catanzaro. Logħba ta’ ħamsa u tletin sena ilu, fejn Brady kien protagonist b’gowl mill-isbaħ.