Awdjo żvelat mill-istazzjon Naplitan Canale 21 jixħet dawl ġdid fuq il-gwerra li seħħet bejn partitarji Interisti u dawk Naplitani f’dik li qed titqies bħala prova li l-ġlied seħħ bejn gruppi organizzati ta’ ultras.

Dan hu dak li jinstema’ fl-awdjo, f’diskursata li allegatament seħħet bejn żewġ partitarji Naplitani. Awdjo li jekk ikun verifikat jagħti stampa tat-tkexkix:

“Niżlu madwar 200 persuna u tajniehom xebgħa. Għaddejna minn fuq erba’ jew ħames partitarji, imbagħad inżilna għalihom u tajniehom b’mazez tal-ħadid. Waqqfuna, u mill-vetturi tagħna ssekwestrawlna fisien, mazez tal-ħadid u tal-injam, bsaten u ponnijiet tal-ħadid … ħasra li weġġgħu ħafna nies min-naħa tagħna u tagħhom. Imma huma marru agħar għax weġġajnielhom b’mod gravi xi sitta jew sebgħa. Lil erbgħa tajniehom bis-skieken, Naplitan u tlieta minn Milan. Hawn konfużjoni! Il-Pulizija waqqfitna u waqqfu wkoll it-traffiku. Issa qed jiċċekkjaw lill-Interisti feruti. Xi ħamsa jew sitta jinsabu f’qagħda gravi ħafna, wieħed miet.”

Il-konverżazzjoni tkompli: “Konna qed nattakkaw xi tlieta jew erbgħa oħra meta ndunajna li fostna kien hemm wieħed minn tagħhom mejjet. Talbuna nieqfu għal ftit, ressqu l-mejjet, ċapċpulna għall-ġest tagħna u komplejna niġġieldu. Ninsabu lkoll flimkien, ħassarniehom! Urejna x’aħna b’unur. L-ultras ta’ Napli daħlu fix-xena. Konna 100 u sawwatna 110, qtilniehom. Bdejna nwaddbuhom u nħabbtuhom mal-kontenituri tal-iskart u ftaħnielhom rashom bil-fliexken tal-ħġieġ. Kien hemm xi sitta jew sebgħa b’wiċċhom imċarrat. Qtilniehom!”

Fil-ġlieda, bil-persuni involuti b’wiċċhom mgħotti, jingħad li ħadu sehem ukoll ultras ta’ Varese (fosthom il-partitarju li nqatel) u dawk ta’ Nizza li huma ġemellati ma’ Inter.

Mill-aħħar dettalji jirriżulta li din il-ġlieda kienet waħda ppjanata, biż-żewġ gruppi li taw appuntament lil xulxin għas-19:30 fiż-żona bejn Via Novara u Via Fratelli Zoia.

 

Sors: Canale 21

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280