Staġun 1976-77. Juventus fis-sajf tal-1976 jagħtu t-tim f’idejn Giovanni Trapattoni.
Wara karriera bħala plejer ta’ Milan, Trapattoni beda l-karriera tiegħu bħala kowċ fis-settur taż-żgħażagħ tal-istess Milan u wara, fl-1974, ħa promozzjoni fit-tmexxija tal-iskwadra ewlenija.
Fl-ewwel staġun tiegħu fit-tmexxija tat-tim Juventin, Trapattoni rnexxielu jwassal lill-Bianconeri għar-rebħ tal-kampjonat tas-Serie A.
Illum insegwu logħba minn dak l-istaġun kontra Cesena. Kienet mistennija rebħa faċli għal Juventus, biss l-affarijiet urew mod ieħor.
Ħalli Kumment