Staġun 2011-12: Wara sentejn diżastrużi fejn Juventus temmew il-kampjonat fis-seba’ post, tasal tibdila kbira fi ħdan l-iskwadra Juventina.

Wasal Antonio Conte fit-tmun tat-tim, u miegħu waslu numru ta’ plejers ġodda bħal (fost oħrajn) Pirlo, Vidal u Lichtsteiner.

Il-kampjonat kien karatterizzat minn taqtigħa kontinwa ma’ Milan, biss lejn l-aħħar xahrejn, Milan bdew ibatu biex iżommu l-quċċata tal-klassifika.

B’żewġ logħbiet biss għal tmiem il-kampjonat, Juventus iżuru lil Cagliari bil-possibbilità li rebħa (u fl-istess ħin telfa ta’ Milan) tagħlaq il-kampjonat u tagħti lil Juventus it-tletin kampjonat fl-istorja tal-klabb.

Il-logħba kellha tintlagħab fl-istadium newtrali ta’ Trieste minħabba problemi li Cagliari kellhom bis-sigurtà tal-istadium tagħhom.

Insegwu l-andament ta’ din il-logħba fil-filmat b’highlights ta’ Rai.