Staġun 1971-72. Għall-Bianconeri għaddew ħames snin mill-aħħar rebħ tal-kampjonat.

It-tim huwa taħt it tmexxija ta’ Čestmír Vycpálek, kowċ mill-eks-Ċekoslovakkja li fis-snin tiegħu bħala plejer kellu wkoll sena li fiha lagħab mat-tim Juventin.

Kurjuż il-fatt li Vycpálek jiġi z-ziju ta’ Zdeněk Zeman, bniedem li huwa ferm kritiku ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ Juventus.

F’dan l-istaġun Juventus kellhom konkorrenza qawwija għar-rebħ tal-kampjonat minn Torino u miż-żewġ klabbs ta’ Milan.

Il-logħba kontra Inter li ntlagħbet fil-Comunale ta’ Turin, bħal-lum erbgħa u erbgħin sena ilu, ċertament kienet importanti fit-tiġrija għar-rebħ tal-kampjonat.

Insegwu kif marret il-logħba.