It-tim tan-nisa ta’ Juventus irnexxielu jakkwista l-ewwel post fil-klassifika tas-Serie A wara wirja mill-isbaħ kontra l-eks leaders tal-kampjonat, Brescia.
Infatti, it-tim immexxi minn Rita Guarino ħareġ rebbieħ bl-iskor konvinċenti ta’ 4-0 barra minn daru.
L-ewwel tliet gowls waslu fl-ewwel taqsima permezz ta’ Lisa Boattin minn penalty, xutt bid-dawra ta’ Sanni Franssi u Aurora Galli.
Is-solita Barbara Bonansea għalqet id-diskors bir-raba’ gowl sabiex Juventus issa qegħdin fl-ewwel post waħedhom.
Nhar il-Ġimgħa li gej, huma se jaffrontaw liċ-champions renjanti Fiorentina ġewwa Vinovo.
Sors: La Stampa
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com