It-tim tan-nisa ta’ Juventus beda t-tieni parti tal-istaġun b’rebħa konvinċenti ta’ 3-0 fuq Atalanta Mozzanica.

Is-solita Barbara Bonansea fetħet l-iskor permezz ta’ cross-shot biex ftit wara, Benedetta Glionna rduppjat wara li dawret il-ballun wara l-goalkeeper.

It-tim ta’ Rita Guarino kompla jippressa għal iżjed gowls u għalaq il-partita b’gowl ta’ Arianna Caruso għal 3-0.

Bħalissa Juventus jinsabu fil-quċċata b’36 punt, tlieta iżjed minn Brescia.

Il-partita li jmiss hija kontra Res Roma, nhar is-Sibt li ġej fis-14.30.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280