Staġun 1988-89: Fil-kompetizjoni tat-Tazza Uefa, Juventus jilqgħu f’Turin lit-tijm Naplitan li kien kompost (fost oħrajn) minn Alemão, Antônio de Oliveira Filho (magħruf aħjar bħala Careca) u Diego Armando Maradona.
Filmat: L-1 ta’ Marzu 1989 – Juventus 2-0 Napoli
About the Author: Colin Giudice
Colin Giudice, 44 sena. Slimiż li għall-aħħar 6 snin ilu jgħix il-Mosta flimkien mal-familja tiegħu. Dilettant tal-football Taljan li trabba bit-tradizzjoni tal-logħob tas-Serie A ikkonċentrat il-Ħadd waranofsinhar, bir-radju dejjem fil-viċin biex isegwi l-programm “Tutto il calcio minuto per minuto”, kif ukoll bl-istennija tal-ewwel azzjonijiet mil-logħbiet tal-ġurnata f’“Novantesimo Minuto”. Dawn id-drawwiet sawru fih id-delizzju tal-clips storiċi mil-logħbiet tal-passat tat-team Juventin. Illum jaqsam il-materjal estensiv li għandu ma’ ħbieb Juventini grazzi għall-internet fejn juża l-psewdonimu “Gobbo Maltese” u għandu materjal imtella’ f’ paġni varji fuq Facebook, YouTube u Dailymotion.
Ħalli Kumment