Staġun 1987-88. Dan kien ċertament staġun ferm deludenti għal Juventus. Michel Platini rtira mil-logħba tal-futbol u minfloku ġie akkwistat l-attakkant Ian Rush mingħand Liverpool.

Rush ingħaqad ma’ Michael Laudrup biex flimkien mal-plejer Daniż jiffurmaw il-koppja ta’ plejers barranin għal dak l-istaġun.

Bħalma għidna, Juventus għaddew minn staġun ferm deludenti fejn spiċċaw fis-sitt post fil-kampjonat, inqalgħu fis-semifinali tal-Coppa Italia u kellhom ukoll ġirja deludenti fit-Tazza Uefa, fejn sa Novembru kienu diġà ġew eliminati mit-tim Grieg ta’ Panathinaikos.

Fid-dawl ta’ dan kollu ma kinitx sorpriża li Rino Marchesi tneħħa minn kowċ tat-tim fl-aħħar tal-istaġun.

Waħda mill-ftit sodisfazzjonijiet tal-istaġun kienet ir-rebħa fid-Derby della Mole, logħba li seħħet bħal-lum tmienja u għoxrin sena ilu. Insegwu filmat ta’ din il-logħba.