Staġun 1991-92: L-istaġun 1990-91 kien wieħed ferm dizappuntanti fejn id-deċizjonijiet tat-tmexxija l-ġdida taħt Luca Cordero di Montezemolo kellhom effetti diżastruzi.

Juventus anke fallew milli jikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej, ħaġa li kienet ilha ferm ma sseħħ.

Għall-istaġun il-ġdid reġa’ sar tibdil konsiderevoli, fejn Montezemolo tneħħa (wara biss sena fit-tmexxija tal-klabb) mill-kariga tiegħu, waqt li bħala kowċ tat-tim Juventin irritorna Giovanni Trapattoni (li ħa post Gigi Maifredi).

L-iktar akkwisti importanti dak is-sajf kienu d-difensur Massimo Carrera u l-koppja tal-plejers Ġermaniżi Jürgen Kohler u Stefan Reuter.

Insegwu l-andament tal-ewwel logħba tal-kampjonat kontra r-rivali Fiorentina f’dan il-filmat.

Filmat: Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280