Staġun 1997-98. Ir-raba’ staġun ta’ Marcello Lippi fit-tmexxija ta’ Juventus. It-tim Juventin inbidel mhux ftit mindu Lippi ngħaqad ma’ Juventus fl-istaġun 1994-95. Plejers bħal Baggio, Vialli, Ravanelli, Vieri u oħrajn telqu, waqt li plejers bħal Zidane, Davids, Inzaghi u Deschamps daħlu minflokhom.

L-istaġun 1997-98 kien wieħed ferm pożittiv għat-tim Juventin fejn fil-kampjonat Juventus kien f’taqtigħa kontinwa ma’ Inter għar-rebħ tal-iscudetto. Fiċ-Champions League Juventus ukoll kellhom mixja ferm pożittiva fejn dak l-istaġun kien irnexxielhom jaslu sal-finali għat-tielet staġun konsekuttiv.

Insegwu dak li seħħ bħal-lum tmintax-il sena ilu, fejn ir-riżultat u l-andament ta’ din is-semifinali ma tantx kien ta’ ċajta tal-ewwel t’April, għat-tim Franċiż ta’ Monaco.