Staġun 1984-85. F’dan l-istaġun Juventus kienu jagħtu l-impressjoni li xeħtu importanza kbira fuq il-kompetizzjoni tat-Tazza taċ-Champions.

Fil-kampjonat, it-tiġrija ma’ Roma baqgħet sejra sal-aħħar biss kien jidher li Juventus kienu qed iħallu l-aħjar presttazzjonijiet tagħhom għal-logħbiet ta’ waqt il-ġimgħa f’din il-kompetizzjoni, li Juventus kienu għadhom ma rebħux.

Fis-semifinali, Juventus jaffronataw liċ-Champions Franċiżi ta’ Bordeaux, u mal-ewwel juru li għandhom motivazzjoni kbira biex jitilgħu fil-finali u jirbħu din il-kompetizzjoni għall-ewwel darba wara żewġ finali mitlufa kontra Ajax u Hamburg.