Staġun 1995-96. Tlett ijiem qabel din il-logħba, Juventus kellhom logħba ferm importanti fiċ-Champions League kontra l-Franċiżi ta’ Nantes.
Il-Bianconeri kienu tilfu dik il-logħba 3-2, biss grazzi għar-rebħa f’Turin (bl-iskor ta’ 2-0) fl-ewwel rawnd tas-semifinali, Juventus kienu kkwalifikaw għall-finali ta’ din il-kompetizzjoni li kellha ssir xahar wara fl-Olimpico ta’ Ruma.
Għal din il-logħba, Marcello Lippi kien għażel li jserraħ numru ta’ plejers wara l-logħba kontra Nantes. Vialli, Del Piero, Ferrara, Ravanelli, Porrini u Torricelli tħallew barra mill-ewwel ħdax.
Iżda logħba kontra l-Inter hija dejjem logħba kontra l-Inter u dawk li kienu lagħbu ċertament għamlu prestazzjoni kbira li wasslet għal rebħa importanti kontra r-rivali eterni tagħna.
Ħalli Kumment