Żewġ gowls ta’ Martina Rosucci, Juventina DOC, taw rebħa importanti lil Juventus Women fuq Fiorentina bl-iskor ta’ 2-0, ġewwa Vinovo.

Issa Juventus jinsabu l-ewwel post, b’punti massimi wara l-ewwel 8 logħbiet bi 22 gowl skurjati filwaqt li qalgħu 2 biss.

Kampjonat stupend min-naħa tat-tim ta’ Rita Guarino, bit-tim Juventin ma jistax jaħbi iżjed il-fatt li l-kampjonat huwa l-objettiv prinċipali tal-istaġun.

Rosucci, li tilgħab anke man-nazzjonal Taljan, fetħet l-iskor wara 20 minuta b’xutt mill-isbaħ mid-distanza u għalqet id-diskors lejn l-aħħar tal-partita b’xutt iehor, din id-darba minn qagħda ferm iżjed angolata.

Huma jmisshom jilagħbu kontra Femminile Juventus Torino, fit-tieni rawnd tal-Coppa Italia, nhar l-Erbgħa li ġej fil-17:00.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280