Juventus Women komplew bil-mixja pożittiva tagħhom hekk kif fl-ewwel partita tagħhom ġewwa Vinovo ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-0 kontra t-tim ta’ Res Roma, partita li ntlagħbet quddiem pubbliku numeruż.
Benedetta Glionna fetħet l-iskor għall-Bianconeri fl-ewwel taqsima bit-tliet gowls l-oħra kollha jaslu fit-tieni 45 minuta permezz ta’ awtogowl, Lisa Boattin minn penalty u Aurora Galli li għalqet ir-riżultat u ssiġillat it-tliet punti għal Juventus.
It-tim immexxi minn Rita Guarino jmissu partita barra minn daru kontra Empoli Ladies fit-28 t’Ottubru.
L-ewwel XI: L. Giuliani, T. Hyyrnen, S. Gama (Captain), C. Salvain, L. Boattin, M. Rosucci, A. Galli, K. Zelem (46 A. Caruso), B. Glionna (73 E. Sodini), S. Franssi, B. Bonansea (46 S. Cantore).
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com