Dan l-anzjan Naplitan illum il-ġurnata sar famuż madwar id-dinja. Meta Gonzalo Higuaín kien ingħaqad ma’ Juventus, frott ir-rabja wiegħed li jekk l-eks attakkant ta’ Napoli jiskurja 15-il gowl, hu jaqta’ l-parti sesswali tiegħu, li rrefera għaliha bħala ‘l’uccello’.

Wara li Higuaín laħaq dan l-ammont, anzi skurja iżjed minn 15-il gowl, l-anzjan instab mill-ġdid u kien intervistat minn Striscia la Notizia.

Mistoqsi jekk żammx il-wegħda qal li kien hemm min qallu biex jagħmel dan, u min issuġġerielu li ma jaqta’ xejn. Fid-dawl ta’ dan, ħabbar li hemm bżonn isir referendum biex tittieħed deċiżjoni.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280